Folge uns
iBookstore
Android app on Google Play
Gefällt mir
Ein Programm der Universität Leiden

Din l-aħbar spazjali hi bbażata fuq stqarrija tal-ESO.

L-Univers qed Jixjieeeeeeeeeeeeħ!
12. September 2012

Xi kultant diffiċli li tifhem it-tul ta' żmien li jieħdu l-avvenimenti fl-univers. Imma l-univers hu enormi u ilu jeżisti żmien twil ħafna: 13.7 biljun sena! Dan ifisser li hu tliet darbiet ixjeħ mid-Dinja tagħna u diffiċli timmaġina ż-żmien qabel ma l-pjaneta tagħna kienet teżisti!

Iż-żmien twil tal-univers ifisser li l-astronomi ma jistgħux jistudjaw il-ħajja ta' stilla billi jistudjaw stilla waħda, għax dan jieħu miljuni jew biljuni ta' snin! Dak li jagħmlu l-astronomi hu li josservaw ħafna stilel differenti f'fażijiet differenti tal-evoluzzjoni tagħhom.

Iżda xi kultant, l-oġġetti li jkunu mbiegħda wisq fl-ispazju profond jinbidlu fis-sema ta' bil-lejl waqt il-ħajja tagħna. Inħarsu, pereżempju, lejn dan ir-ritratt ġdid. Dan juri sħaba ta' gass jiddi li ħalliet warajha splużjoni meta ntemmet stilla enormi madwar 11,000 sena ilu.  L-astronomi jsejħu splużjoni bħal din 'supernova'.

Is-sħaba tiġri b'veloċità kbira fl-ispazju, b'madwar 650,000km fis-siegħa. Tal-għaġeb li anke jekk qiegħda tant 'il bogħod mid-Dinja, tant qed tivvjaġġa b'veloċità qawwija li fi żmien li persuna ddum ħajja tbiddel il-pożizzjoni tagħha fis-sema.  Meta tixjieħ, l-istilel li bħalissa tara viċin is-sħaba jkunu differenti minn dawk tal-lum.

Għaddew 11,000 sena, imma l-effett tal-iżplużjoni tas-supernova għadhom jidhru u jinbidlu fis-sema!

Agħmel xi ħaġa: Ħafna astronomi jżommu djarju jew reġistru bl-osservazzjonijiet tagħhom. Dawn huma ta' valur biex tiskopri jekk inbidilx xi ħaġa fl-univers. Għaliex ma tibdiex tikteb djarju b'dak li tosserva int ukoll? Mhux bilfors ikollok teleskopju, xorta tista' tagħmel disinn ta' dak li tara bħall-Qamar jew oġġetti speċjali li jgħaddu kultant żmien, bħall-kometi.

Share:

Bilder

Eine kosmische Ewigkeit!
Eine kosmische Ewigkeit!

Printer-friendly

PDF File
941,2 KB