Folge uns
iBookstore
Android app on Google Play
Gefällt mir
Ein Programm der Universität Leiden
Twaqqafx il-mużika!
15. August 2012

Kont taf li l-ħsejjes li nisimgħu fuq id-Dinja huma biss vibrazzjonijiet tal-arja? Imma dan ma jfissirx li l-ispazju hu xi post silenzjuż minħabba li hemm m’hemmx arja. Dan minħabba li l-arja hi ġabra ta’ gassijiet u hemm sħab ta’ gass fl-ispazju li jista’ jivvibra u jħalli lill-ħsejjes jgħaddu minnu wkoll.

Sewwa, mela nafu kif il-ħsejjes jista’ jivvjaġġa fl-ispazju, imma x’qed jagħmel dawn il-ħsejjes? It-tweġiba hu oġġetti b’saħħithom li minnhom joħroġ ammont kbir ta’ enerġija – tant li jġiegħlu l-gassijiet jivvibraw.

Pereżempju, minbarra li jibilgħu l-materjal, il-‘black holes’ jerħu wkoll ġettijiet qawwija ta’ enerġija. L-astronomi diġà jafu li l-‘black hole’ fiċ-ċentru ta’ ġabra ta’ galassji msejħa ‘Perseus Cluster’ hi qawwija biżżejjed biex tagħmel ħoss kbir.

 

“Ħsibna li dawn il-ħsejjes nistgħu nsibuhom fil-ġabriet ta’ galassji kullimkien,” jgħid l-astronomu Ryan Foley. Minkejja dan, Ryan hu membru ta’ tim ta’ astronomi li m’ilux osservaw ġabra ta’ galassji li tissejjaħ il-‘Phoenix Cluster’ (murija fir-ritratt t’hawn fuq) li kważi ma tagħmel l-ebda ħoss. Dan ifisser li jew mhux il-ġabra ta’ galassji kollha jipproduċu l-ħoss, jew li xi kultant il-mużika tieqaf!

 

 

Fatt Interessanti

Minbarra ħsejjes ta’ veru fl-ispazju, l-astronomi xi kultant ibiddlu d-dawl li josservaw fi ħsejjes biex ikunu jistgħu janalizzawh aħjar. Ara hawn: weird space sounds made from light on this NASA website.

Share:

Bilder

Bitte nicht die Musik anhalten!
Bitte nicht die Musik anhalten!

Printer-friendly

PDF File
1002,6 KB