Folge uns
iBookstore
Android app on Google Play
Gefällt mir
Ein Programm der Universität Leiden
Bliet fantażmi misterjużi fl-ispazju
11. July 2012

Il-galassji huma bħal bliet ta’ stilel fl-Univers. Iżda dan l-aħħar l-astronomi skoprew 12-il galassja li qishom bliet fantażmi għax kważi ma fihom l-ebda stilla!

Dawn il-galassji żgħar jissejħu ‘galassji skuri’, għax m’għandhom l-ebda dija mill-istilel li jġiegħlhom jidhru mdawla. L-astronomi kienu jobsru li l-galassji skuri jeżistu għax għandhom rwol importanti dwar kif jaħsbu li l-galassji kibru u evolvew waqt l-istorja tal-Univers. Imma sa meta saret din l-iskoperta ħadd qatt ma kien ra waħda qabel.

Il-galassji skuri qegħdin ‘il bogħod ħafna fl-Univers. Huwa maħsub li huma ‘pedamenti’ li għenu biex joħolqu galassji kbar mimlija stilel li naraw illum, bħall-galassja tagħna, it-Triq ta’ Sant’Anna/it-Trajja. Għadna nistgħu naraw dawn il-‘pedamenti’, anke jekk diġà ntużaw biex jinbnew il-galassji l-kbar. Minħabba f’hekk li meta nosservaw l-Univers imbiegħed inkunu qed nittawlu fil-passat! (Biex titgħallem iżjed dwar kif l-astronomi jistgħu jittawlu fil-passat,  click here.)

Imma l-astronomi kif setgħu jfittxu galassja li hi skura? (Immaġina li kieku qed tfittex għal xemgħa f’kamra mudlama – titfi l-fjamma u jkun diffiċli li ssibha.)  “Kemm tixgħel dawl qawwi fuqha,” jispjega Simon Lilly, wieħed mill-astronomi wara din l-iskoperta ġdida. Għalhekk l-astronomi jfittxu  galassji kbar viċin ta’ galassji ta’ dija inkredibbli li jissejħu ‘quasars’, li qegħdin ‘il bogħod ukoll. “Id-dawl mill-‘quasar’ idawwal il-galassji skuri,” jgħid Simon.

Fatt Interessanti

Dawn il-galassji skuri forsi huma żgħar meta mqabbla mal-galassji li naraw illum, imma xorta kien fihom madwar biljun darba iżjed gass mix-Xemx! 

Share:

Bilder

Unheimliche Geisterstädte im Weltraum!
Unheimliche Geisterstädte im Weltraum!

Printer-friendly

PDF File
1,1 MB