Folge uns
iBookstore
Android app on Google Play
Gefällt mir
Ein Programm der Universität Leiden
L-Istilel ‘O’, l-ikbar ħelu tal-Univers!
29. August 2012

L-Univers qisu ħanut tal-ħelu daqs kemm fih stilel differenti.

Il-kulur ta’ stilla jagħti lill-astronomi informazzjoni dwar kemm tkun tqila u dwar it-temperatura fuq il-wiċċ tagħha. L-iżjed stilel jaħarqu u tqal huma blu, filwaqt li dawk l-iżjed kesħin u ħfief huma ħomor. (Bil-kontra ta’ kif nużaw il-blu u l-aħmar għall-jaħraq u l-kiesaħ fil-ħajja ta’ kuljum, bħal fuq il-viti tal-ilma u fir-rapport tat-temp.)

 

L-istilel nistgħu npoġġuhom fil-gruppi li ġejjin: mill-iżjed jaħarqu għall-iżjed kesħin, O,B, A, F, G, K u M.  Ix-Xemx tagħna titpoġġa fin-nofs tal-istilel tat-tip G. Naħseb indunajt li l-ordni ta’ dawn il-gruppi mhijiex alfabetika. Imma fl-Ingliż, hemm mod faċli ta’ kif tiftakar din l-ordni: Kemm tiftakar il-frażi “OBA Fine Girl/Guy,Kiss Me”. (Tista’ tivvinta sentenza faċli bil-lingwa tiegħek biex tiftakar din l-ordni? Ħares lejn l-attività fl-aħħar tal-aħbar.)

 

Dan l-aħħar, tim internazzjonali ta’ astronomi osservaw 71 stilla tat-tip O – l-ikbar ħelu fil-ħanut tal-Univers. Minn din is-sekwenza tista’ tara liema stilel jaħarqu l-iżjed. Sa ftit ilu, l-astronomi kienu jaħsbu li ħafna stilel tat-tip O kienu jinstabu ‘l bogħod mill-eqreb ġirien tagħhom. Iżda l-aħħar riċerka wriet li madwar 3 minn 4 minn dawn l-istilel jinstabu qrib ħafna ta’ stilla oħra. Fil-fatt, 1 minn kull 3 tant huma qrib li fl-aħħar ser jingħaqdu fi stilla waħda!

 

Uri l-kreattività: Nieħdu gost naraw is-suġġerimenti tagħkom għal sentenzi sempliċi bil-Malti biex tgħinkom tiftakru l-ordni ta’ grupp ta’ stilel, mill-iżjed jaħarqu sal-iżjed kesħin (O, B, A, F, G, K u M). Ibagħtu l-ideat tagħkom lil to info@unawe.org, flimkien mal-isem (jew l-isem tal-iskola jekk ħdimtu fi grupp) , l-età u l-pajjiż.

Share:

Mehr Neuigkeiten
14 September 2020
10 September 2020
3 September 2020

Bilder

Astronomen machen eine süße Entdeckung
Astronomen machen eine süße Entdeckung

Printer-friendly

PDF File
890,1 KB